L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija – One News

Notifiki

L-ewwel kissret boċċa u wara ħebbet għall-Pulizija

Bulgara ta’ 36 sena kissret boċċa tal-ħġieġ minn fuq is-siġra tal-Milied li tqiegħdet quddiem il-Parlament, il-Belt Valletta. Ivelina Petkova tressqet fil-Qorti l-Ġimgħa filgħodu akkużata li volontarjament għamlet ħsara fuq din is-siġra, li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li kienet fis-sakra f’post miftuħ għall-pubbliku, li għamlet ġesti oxxeni, li kisret il-paċi pubblika u li rrifjutat li tagħti l-partikolaritajiet tagħha lill-Pulizija.

Akkużi li għalihom ammetiet Petkova li ġiet immultata tmien mitt ewro li jridu jitħallsu fi tmien t’ijiem u tpoġġiet taħt ordni ta’ Probation għal żmien sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll tħallas tlett mija u ħamsin ewro għall-ispejjeż tal-boċċa tal-ħġieġ li hija kissret.

Fil-Qorti, Petkova talbet skuża għal dak li għamlet u qalet li kienet lesta tħallas għad-danni li kkawżat

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend