Kif dan ir-ritratt biddel ħajjet familja – One News

Notifiki

Kif dan ir-ritratt biddel ħajjet familja

Ġieli rajtu dan it-tifel f’xi meme fuq l-internet?

Dan huwa Sammy Griner minn Jacksonville Florida, li llum għandu għaxar snin. Meta ommu ħadet ir-ritratt fl-2007, qatt ma basret li kien se jsir famuż daqhsekk. Dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar. B’ħarsa determinata, beda jissejjaħ ‘Success Kid’ meta r-ritratt sar viral fl-2010.

Sammy's face was used in many memes to signal small everyday successes such as getting an extra chicken nugget
Or realising it's almost the weekend

Hemm sigriet wara r-ritratt: it-tifel kien daħħal xi ramel f’ħalqu u għalhekk dak il-wiċċ xi ftit qares.

Hemm ukoll storja ta’ kuraġġ. Missier Sammy, bl-isema ta’ Justin, marad b’mod serju bil-kliewi fl-2009, tant li kellu bżonn dialysis. Wara sitt snin, qalulu li għandu bżonn trapjant tal-kliewi.

Il-familja nediet paġna fuq GoFundMe biex tiġbor dawn il-flus. Meta l-pubbliku rrealizza li dan kien ‘Success Kid’, il-familja ġabret aktar minn $100,000 f’temp ta’ ftit jiem! Dawn il-flus intużaw kollha biex missier it-tifel ingħata l-aqwa kura.

F’Awwissu 2015, il-missier għamel l-operazzjoni, u kienet suċċess. Każ ta’ ritratt wieħed li biddel ħajjet familja.

Sammy Griner with his dad, Justin, who was in desperate need of a kidney transplant last year

Sammy (left), Justin (middle) and Laney (right) Griner at the Mayo Clinic in Florida following Justin's successful kidney transplant operation

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend