Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta’ qerq li fiha Malta kienet tintuża – One News

Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta’ qerq li fiha Malta kienet tintuża

Awtoritajiet Ġermaniżi ħadu passi biex iwaqqfu sistema ta’ qerq stramba għall-aħħar li wettqu persuni ta’ twemmin lemin-estrem taħt l-isem Reichsbürger. Permezz ta’ din is-sistema kienu jkunu mhedda uffiċjali Ġermaniżi. Kienet tinvolvi li persuni jirreġistraw multa fl-Istati Uniti u wara, jintbgħatu ittri legali minn avukati privati f’Malta permezz ta’ proċedura skont il-liġi Ewropea.

Il-Gvern Ġermaniż sab koperazzjoni sħiħa mil-awtoritajiet Maltin biex tintemm dik li spiċċat tissejjaħ “Malta scam”, li kienet qed tintuża biex ikunu iffastidjati imħallfin, awtoritajiet Ġermaniżi tal-qorti u politiċi.

Mill-bidu tal-2014, membri tal-moviment Ġermaniż sabu mezz kif jirritaljaw kontra multi u sejħiet biex jidhru quddiem il-Qorti. Dawn jirreġistraw fl-istat ta’ Washington li għandhom jiġbru flus kbar mingħand diversi persuni distini fil-Ġermanja u fl-Awstrija wkoll. Skont il-mezzi tax-xandir internazzjonali, jirreġistraw f’Washington, għax l-awtoritajiet Amerikani ma jivverifikawx il-leġittimità ta’ dawn il-multi.

It-talba għall-ħlas imbagħad tkun indirizzata minn kumpaniji reġistrati  hawn Malta li waqqfu Reichsbürger stess, permezz ta’ ittri uffiċjali li jiġu preżentati l-Qorti u jużaw proċeduri Ewropej biex l-ittri uffiċjali jaslu għand il-Ġermaniżi u l-Awstriaċi.

Nhar it-Tlieta, raġel ta’ 75 sena suspettat li huwa parti mill-Reichsbürger fil-Bavaria instab li kellu kollezzjoni illegali ta’ armi, inkluż tmien snieter kbar, tliet pistoli, u ammont kbir ta’ munizzjon. Fil-Bavaria wkoll uffiċjal spiċċa maqtul b’tiri sparati minn membru tal-istess grupp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *