Il-lellux li ħareġ rebbieħ | One News

Notifiki

Il-lellux li ħareġ rebbieħ

“Il-Kulur tal-Lellux” huwa l-isem tal-ktieb rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Ktieb b’messaġġ għall-adoloxxenti, li l-istorja tiegħu ddur ma’ tifla li qed tikber b’numru ta’ problemi, u li kienet taħrabhom billi tmur tiġri fl-għelieqi tal-lellux. Filfatt il-kulur isfar jilgħab irwol importanti f’ħajjitha, u jiddominha fil-ktieb kemm metaforikament u kif ukoll fattwali.

L-awtriċi Rita Saliba spjegat kif ktieb dejjem jgħin għax dak li jkun jirrealizza li mhuwhiex waħdu. B’referenza speċifika għall-“Kulur tal-Lellux”, li ddeskrivietu bħala ktieb realistiku b’esperjenzi li ż-żgħażagħ jistgħu jirrelataw magħhom faċilment. Imdawra b’għexieren t’adoloxxenti t’erbatax u ħmistax –il sena, għat-tnedija tal-ktieb kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Chris Agius, li ddeskriva l-attività tal-Ġimgħa filgħodu bħala opportunità biex f’ambjent sigur, iż-żgħażagħ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin.

Ħeġġiġhom biex minn t’età żgħira jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet u konkorsi simili, għaliex fi kliemu qatt mhu kmieni wisq biex titgħallem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend