Erba’ proġetti ta’ kważi €360,000 biex tissaħħaħ ir-rabta bejn Maltin u immigranti – One News

Notifiki

Erba’ proġetti ta’ kważi €360,000 biex tissaħħaħ ir-rabta bejn Maltin u immigranti

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar erba’ proġetti oħra li permezz tagħhom l-għaqda Russian-Maltese Cultural Association, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u il-Foundation for Shelter and Support to Migrants se jkunu qed jibbenefikaw minn kważi €360,00.

€270,000 jew aħjar 75% minnhom huma ffinanzjati mill-fondi tal-UE.

Fil-fatt l-awtorità responsabbli approvat iż-żewġ proġetti għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b’ammont ta’ €140,000 għar-Russian-Maltese Cultural Association, u ieħor f’isem il-Foundation for Shelter and Support to Migrants, liema ammont jlaħħaq għal madwar €100,000 – taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020.

Proġett ieħor ser jiġi implimentat mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema taħt l-istess Fond b’valur ta’ kważi €30,000. Dan il-proġett huwa mmirat sabiex tingħata għajnuna lil third country nationals ħalli jappoġġjaw lil uliedhom fix-xogħol tal-iskola.

Ir-raba’ proġett—mogħti lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali taħt l-istess fond msemmi hawn fuq b’valur ta’ madwar € 90,000—ukoll se jkun qed jiżgura aktar integrazzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend