Birdlife jgħidu li jixtiequ li anke l-vapuri, bħall-power station, jaqilbu għal metodi li jħammġu inqas | One News

Notifiki

Birdlife jgħidu li jixtiequ li anke l-vapuri, bħall-power station, jaqilbu għal metodi li jħammġu inqas

“Li nixtiequ naraw hija l-istess ħaġa bħal meta għandek powerstation li qalbet minn heavy fuel oil, li huwa fuel li jniġġeż ħafna, u evetwalment ħa neqilbu għall-gass, nixtiequ naraw l-istess ħaġa fit-teknoloġija tal-vapuri.” –  Nicholas Barbara minn Birdlife Malta stqarr dan magħna meta spjega kif Birdlife Malta, qed tħares lejn proġett ġdid bl-isem “Together Against Air Pollution from Ships”.

Huwa proġett li fil-qofol tiegħu għandu t-tniġġiż tal-ajra kkawżat minn bastimenti. B’kollaborazzjoni ma’ Birdlife fil-Ġermanja, qed jitkejjel trab fin li joħroġ minn fuel ta’ vapuri li jgħaddu mill-Port il-Kbir.

Dan it-trab mhux biss jikkawża ħsara ambjentali iżda anki mard, bħall-kanċer fil-pulmun u attakki tal-qalb. L-iskop ewlieni hu biex il-baħar Mediterran ikun iddikjarat bħala Sulphur Emission Control Area – jew fi kliem aktar sempliċi, żona li fiha jkunu stabbiliti kontrolli iktar stretti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-vapuri.

Il-kuxjenza anki fost l-operaturi tal-bastimenti hija kruċjali, biex mhux biss ikunu konxji tal-problemi li jikkawża l-fuel, iżda anki tas-soluzzjonijiet li jeżistu.

Barbara spjega li f’portijiet ta’ ċerti pajjiżi fl-Ewropa, fl-Amerka ta’ Fuq u fiċ-Ċina, il-bastimenti li jgħaddu minnhom iridu jużaw fuel iżjed nadif biex it-tniġġiż li jinħoloq ikun ħafna inqas. Xi ħaġa li Malta qed taspira li tikseb b’dan il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend