Serqa mhux tas-soltu f’San Pawl il-Baħar – One News

Serqa mhux tas-soltu f’San Pawl il-Baħar

 

Il-Ħamis kmieni filgħodu, f’San Pawl il-Baħar insteraq lifter minn Triq l-Erba’ Mwieżeb u Generator minn Triq Il-Wileġ.

Malli irċiviet ir-rapporti l-pulizija tad-distrett marret tagħmel ronda u sabet il-lifter u l-generator qrib il-Knisja ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija sabet li kien hemm raġel li kien qed jgħabbi l-generator permezz ta’ lifter fuq van. Van li ukoll insteraq ftit tal-jiem ilu mill-Imsida.

Hekk kif il-pulizija kienu se jarrestaw lir-raġel, dan ħarab minn fuq il-post.

Dwar dan il-każ inħatret ukoll inkjesta maġisterjali.

Kawza ta’ din is-serqa waqa’ xi diesel mat-toroq ta’ San Pawl il-Baħar. Filfatt membri tal-protezzjoni ċivili isejjħu fuq il-post biex ineħħu diesel u l-perikolu li seta’ jikkawża.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend