L-obeżita' fit-tfal hi waħda mill-prijoritajiet ta' Malta fil-Presidenza | One News

Notifiki

L-obeżita’ fit-tfal hi waħda mill-prijoritajiet ta’ Malta fil-Presidenza

Il-Gvern qiegħed jieħu l-problema tal-obeżità bis-serjetà. Tant hu hekk illi qiegħed isib tifħir minn għaqdiet u aġenziji Ewropej talli l-Gvern Malti poġġa l-obeżità fit-tfal bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Saħħa Ewropew.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.

Intqal ukoll li l-Gvern ħadem ħafna biex jindirizza din il-problema, speċjalment l-obeżità fit-tfal. Fost l-inizjattivi biex tkun indirizzata dil-problema kienet imfassla l-Whole School Approach to a Healthy Lifestyle, li fost l-oħrajn waslet biex issir ħidma fil-canteens tal-iskejjel, biex joffru ikel nutrittiv lill-istudenti. Kienu mwaqqfa wkoll il-lifestyle clinics, kliniċi fil-kura primarja li jagħtu pariri għall-ħajja aktar b’saħħitha.

L-Oppożizzjoni min-naħa l-oħra qabdet kantaliena li għal kull proposta jew inizjattiva tal-Gvern jew tkun negattiva jew tgħid li saret bis-saħħa tagħha. Issa waslet fil-punt redikolu illi spiċċat tikkritika dak li tgħid li għamlet hi stess.

 Illum il-kelliema għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg ħarget tiftaħar li kienet l-Oppożizzjoni li għamlet liġi dwar l-obeżià. Fl-istess stqarrija, iżda Buttiġieg kienet negattiva u kritikat li r-rata tal-obeżità ma naqsitx. L-Oppożizzjoni spiċċat tikkritika lilha nnifisha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend