Aktarx l-eħxen mara fid-dinja; illum tittieħed l-Indja biex joperawha | One News

Notifiki

Aktarx l-eħxen mara fid-dinja; illum tittieħed l-Indja biex joperawha

Mara Eġizzjana li tiżen 500kg, aktarx l-aktar mara ħoxna fid-dinja, se tittieħed l-Indja fejn se ssirilha operazzjoni bit-tama li tibda tnaqqas mill-piż.

Eman Ahmed Abd El Aty għandha 36 sena u se tivjaġġa b’titjiijra chartered lejn Mumbai, fejn kirurgu mistenni jagħmel l-operazzjoni delikata.

L-ambaxxata Indjana fil-Kajr għall-bidu ċaħad it-talba tagħha għall-visa biex tkun tista’ tivjaġġa, imma qabżet għaliha Sushma Swaraj, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Indjana, li hi stess qed tistenna li jsirilha trapjant fil-kliewi.

Abd El Aty ilha ma toħroġ mid-dar 25 sena minħabba l-piż tagħha. Jekk huma minnhom il-kalkolazzjonijiet tagħha li tiżen 500kg, taqbeż bi kbir lill-Amerikana Pauline Potter mill-Istati Uniti, li tinsab gil-Guinness World Records għax tiżen 292kg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend