L-iżgħar single mother biċ-children's allowance għandha bejn 10 u 14; l-ikbar bejn 70 u 74! | One News

Notifiki

L-iżgħar single mother biċ-children’s allowance għandha bejn 10 u 14; l-ikbar bejn 70 u 74!

Tabella li l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi li l-iżgħar single mother li tirċievi ċ-Children’s Allowance għandha  bejn 10 u 14-il sena u toqgħod il-Belt Valletta waqt li l-akbar waħda fl-età għandha bejn 70 u 74 sena u toqgħod Ħaż-Zabbar.

Il-Ministru, li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat laborista Anthony Agius Decelis, qal li n-numru ta’ single parents li jirċievu l-għajnuna soċjali, kien ta’ 5,772.

F’Birkirara hemm l-akbar numru, 373, waqt li warajha hemm San Pawl il-Baħar b’348 u l-Belt Valletta b’257.

L-akbar numru ta’ single mothers, 897, għandhom bejn 35 u 39 sena. Warajhom hemm il-faxxa ta’ bejn 30 u 34 sena (853 omm) u dawk bejn l-40 u l-44 sena (842).

Għal mistoqsija oħra tal-istess membru, il-Ministru Farrugia qal li f’xahar wieħed, dak ta’Ottubru, il-Gvern ħareġ €10,128,579 bħala Children’s Allowance għal 39,878 familja li għandhom 23,827 tifel u tifla.

Bejn Jannar u Ottubru, in-nefqa kienet ta’ €39,161,391 għal 42,332 familja li għandhom 65,754 tifel u tifla.

Fit-tliet snin ta’ qabel, l-ammonti mħallsa f’Children’s Allowance kienu €40,692,285 għall-2015, €40,601,027 għall-2014 u €41,636,088 għall-2014. Jidher ukoll li l-għadd ta’ tfal li għalihom titħallas din l-allowance ivarjaw bejn sebna u oħra: fl-2013 kienu 68,052,li naqsu għal 66,987 fl-2014 iżda reġgħu telgħu għal 67,381 is-sena l-oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend