Bonnici u Abela jirrappreżentaw lil Malta f'Washington | One News

Notifiki

Bonnici u Abela jirrappreżentaw lil Malta f’Washington

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, attendew għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni organizzata mill-Istati Uniti f’Washington.

Din il-laqgħ ssir bil-għan li tevalwa l-koperazzjoni Trans-Atlantika fil-ġlieda kontra t- terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali.

Il-Ministri Maltin taw ħarsa lejn il-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern fl-ewwel nofs tal-2017, waqt il-perjodu tal-Presidenza Maltija tal-UE.

Qalu li f’dan iż-żmien Malta se tkompli taħdem biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiddiskuti sfidi komuni fil-qasam tas-sigurtà għal benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Il-Ministri Bonnici u Abela kellhom kliem pożittiv dwar il-progress li sar fil-qasam tas-sigurtà u għamlu enfasi fuq il-ħtieġa li din l-isfida tiġi indirizzata fuq livell globali. Huma sostnew l-importanza li l-Istati Uniti u l-UE jibqgħu impenjati favur djalogu kostruttiv, u qalu li jħarsu ’l quddiem għal-laqgħa ministerjali li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti se ssir Malta f’Ġunju tal-2017.

Wara l-laqgħa l-Ministru Bonnici tkellem fuq kif il-Presidenza Maltija se taħdem biex tipproċedi b’ritmu stabbli fuq ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-individwu, l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali u l-moviment ħieles ta’ tali data. Il-Ministru Bonnici qal li l-Presidenza Maltija se tkompli taħdem fuq xogħol li sar minn Presidenzi preċedenti fejn jidħlu n-negozjati fir-rigward tal-adeżjoni għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Il-Ministru Abela laqa’ b’sodisfazzjon id-diskussjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq sforzi komuni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż it-titjib fit-tqassim tal-informazzjoni. Huwa tkellem mal-parteċipanti fuq azzjonjiet riċenti tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri, u s- sigurtà interna. Saru wkoll diskussjonijiet fuq kif għandha tintensifika ruħha l-kollaborazzjoni fuq is- cyber security u s-cyber criminality, inkluż l-involviment tas-settur privat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend