Kartolina ‘speċjali’ mill-Prim Ministru – One News

Kartolina ‘speċjali’ mill-Prim Ministru

Il-kartolini tal-Milied li se jintbgħatu mill-Uffiċju tal-Prim Ministru ta’ din is-sena, intgħażlu minn numru ta’ tpinġijiet li ħejjew l-atleti tal-ispecial Olympics.
Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu Michelle Muscat preżentaw iċ-ċertifikati lil dawk kollha li pparteċipaw. Tpinġijiet li fihom jispikkaw il-forom differenti tal-isports.

Tispikka wkoll it-tbissima fuq fomm l-atleti fil-mument li preżentaw it-tpenġijiet tagħhom lill-Prim Ministru flimkien ma’ martu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend