Riżultat b'saħħtu għal ONE fl-istħarriġ tal-BA | One News

Notifiki

Riżultat b’saħħtu għal ONE fl-istħarriġ tal-BA

L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir reġa’ fisser riżultati b’saħħithom għall-istazzjonijiet ONE li għandhom l-iktar stazzjon tar-radju popolari b’udjenza medja kuljum ta’ 20.29 %, segwit minn Radju Malta b’14.9%. Anke f’dak li huwa televiżjoni r-riżultati ta’ ONE huma b’saħħithom b’udjenza medja li ssegwi biss dik tal-istazzjon nazzjonali. Fiż-żewġ każi ir-riżultati jiżbqu bil-kbir dawk ta’ Net Television u l-midja tal-Partit Nazzjonalista.

radio

tv

Fost oħrajn tispikka d-differenza fl-aħbarijiet b’ONE NEWS jilħaq l-ogħla udjenza ta’ 59,000 spettatur. Skont l-istħarriġ ONE NEWS huwa segwit iktar minn NET NEWS f’kull ġurnata fi ġranet minnhom b’differenza ta’ anke tliet darbiet iktar.  ONE NEWS baqa’ wkoll l-iktar produzzjoni segwita fuq ONE.  Il-programm Pjazza, li jixxandar kuljum qabel l-aħbarijiet ta’ ONE huwa l-iktar segwit fil-ħin tiegħu fil-maġġoranza tal-jiem tal-ġimgħa.

Fost l-iktar programmi li jissemmew bħala favoriti mal-Maltin hemm Tereża u Klassi għalina li jixxandru fuq ONE.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend