Issa tista’ tapplika online għal riċerka dwar testmenti – One News

Notifiki

Issa tista’ tapplika online għal riċerka dwar testmenti

  • Inizjattiva li oriġinat minn suġġeriment ta’ impjegat

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħabbar inzjattiva li se tnaqqas il-burokrazija fil-proċeduri tal-amministrazzjoni.

Hija inizjattiva li oriġinat minn suġġeriment li għamel impjegat fil-Qorti t’Għawdex fl-inizjattiva IDEA. Permezz ta’ sit elettroniku li huwa aċċessibbli biss għall-uffiċjali pubbliċi, l-impjegati jressqu l-ideat tagħhom dwar kif jista’ jitjieb l-operat tas-Servizz Pubbliku. Anton Mizzi ssuġġerixxa li  wieħed għandu japplika għal riċerka għal testmenti pubbliċi u testmenti sigrieti minn post wieħed, b’mod elettroniku.

Sa llum jekk il-pubbliku jrid jirriċerka għal testment pubbliku, irid imur ir-Reġistru Pubbliku u biex jordna riċerka dwar testament sigriet, irid imur fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili, il-Belt Valletta. B’din l-inizjattiva, il-pubbliku jista’ japplika minn sit eletroniku għal dawn ir-riċerki, billi jimla eForm waħda mingħajr il-ħtieġa li jmur la fir-Reġistru Pubbliku u lanqas fir-Reġistru tal-Qorti.  Anke il-ħlas isir online u r-riżultat tar-riċerka jintbaghat lill-applikant permezz tal-posta.

Il-Minsitru qal li l-akbar użu għal dan is-servizz isir minnn nutara, imma numru kbir ta’ nies privati jagħmlu riċerki huma wkoll.  Fl-2015, ordnijiet għal riċerki ta’ testmenti pubbliċi kienu 10,500, u saru 8,991 riċerka għal testmenti sigrieti.

“Dan juri l-ammont kbir ta’ pubbliku li jiġi f’dawn l-uffiċini biex jinqdew u issa jistgħu b’mod sempliċi jaċċessaw dan is-sit u japplikaw mill-kumdità ta’ darhom jew l-uffiċċju tagħhom” stqarr il-Ministru.

Dan is-servizz ġdid ikompli mal-kullana ta’ inizjattivi li ha dan l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, biex ikompli jtejjeb is-servizzi li jagħti liċ-ċittadin, b’impenn kontinwu li jissimplifika l-proċeduri tas-servizzi, speċjalment dawk li jolqtu l-ġustizzja.

Il-Minsitru Bonnici fakkar li numru kbir ta’ inizjattivi ġew mwettqa tul dawn l-aħħar snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend