Bewsa li serqet il-qlub ta’ ħafna – One News

Notifiki

Bewsa li serqet il-qlub ta’ ħafna

Ftit jiem ilu ritratt taż-żewġt iqtates, Louie u Luna, li kienu addottati fi Florida ħa l-fama dan hekk kif sidhom qabadhom f’nofs bewsa taħt is-sigra tal-Milied u qasam dan il-mument fuq l-internet.

“Ġew inseparabbli minn meta ġew addottati” qal sidhom James, li jgħix fi Florida.

James spjega kif dawn iż-żewġ maħbubin kollox jagħmlu flimkien “Jieklu, jorqdu u saħansitra jqattgħu s-sigra tal-Milied flimkien.”

Is-sid qal li jinsab ferm kuntent li ritratt li ħa mingħajr ħsieb qed ikun ta’ tbissima għal bosta.

cats-kissing-in-love-louie-luna-5-1

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend