Tim Malti rebbieħ fil-kick-boxing – One News

Notifiki

Tim Malti rebbieħ fil-kick-boxing

Matul Gladiators Night XV l-atleti Maltin rebħu erba’ taqbidiet internazzjonali kontra atleti Pollakki.

Ir-rebbieħa kienu Keith Azzopardi, Theon Camilleri, Clayton Desira, Julian Mangion u Jesred Piscopo. Il-ħeffa u t-teknika ta’ dawn il-kick-boxers wasslet għar-rebħa li rnexxielhom jiksbu.

Keith Azzopardi rebaħ it-taqbida billi beda jdur mal-avversarju ħalli jfixklu u kif isib il-ftuħ jidħol bil-Puġilat.Theon Camilleri kellu kontroll kontinwu tat-taqbida fejn beda jżomm in-nofs tar-ring. Clayton Desira beda t-taqbida b’daqqiet bir-riġlejn fil-baxx u minn hemm avvanza għal tekniki tal-Puġilat u daqqiet bir-riġlejn fl-għoli. Filwaqt li Julian Mangion ddomina l-avversarju tiegħu matul it-taqsimiet kollha b’tekniki versatili

Jesred Piscopo (Team Noel) għamel taqbida sħiħa jżomm ras m’b’ras mal-avversarju Pollakk. It-tnejn li huma żammew il-pressjoni fuq xulxin waqt li ħadmu ħafna bir-riġlejn.
Flimkien mat-taqbidiet ewlenin kien hemm ukoll taqbidiet ta’ appoġġ tal-Kickboxing u tal-K1 mill-klabbs lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend