Ta’ Ħal Għaxaq ħasbu fir-Russi li jgħixu hawn Malta – One News

Notifiki

Ta’ Ħal Għaxaq ħasbu fir-Russi li jgħixu hawn Malta

 

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ingħaqad ma’ 2 Minds Events biex dan il-Milied ħaseb fir-Russi li jgħixu hawn Malta.

Tul ir-Russian Winter Fest wieħed se jgawdi minn għazla kbira ta’ ikel tipiku Russu msajjar minn koki Russi, kif ukoll xorb tipiku, artiġjanar u divertiment Russu. L-attività ser tkun mifruxa fuq jumejn, nhar is-Sibt 10 ta’ Dicembru mill-5pm ‘l quddiem u l-Hadd 11 ta’ Dicembru 2016 minn 10am sa 6pm fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

Ħal Għaxaq ser jilbes libsa temporanja Russa biex ghal jumejn jesperjenza tradizzjonijiet Russi.

Dan kollu għaliex f’Malta hawn komunità Russa li ntegraw sew mas-soċjeta Maltija u għalhekk bix-xieraq tinqasam magħhom il-ħajja li jgħixu f’pajjiiżhom.

F’din l-attività r-Russian Maltese Cultural Association ingħaqdu mal-organizzaturi sabiex ħafna Russi li jgħixu f’Malta jattendu bi ħġarhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend