Pjazza Kastilja fl-atmosfera tal-Milied – One News

Notifiki

Pjazza Kastilja fl-atmosfera tal-Milied

Wara s-suċċess ta’ Classics under the stars se jitnieda l-istess tip ta’ kunċert klassiku iżda għall-Milied. Dan ħabbritu l-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat li fissret kif dan il-kunċert se jgħin biex aktar nies jidħlu fl-ispirtu tal-Milied Malti.

Pjazza Kastilja fis-27 ta’ Diċembru se tinbidel f’melodija ta’ noti u wirja tat-talent żagħżugħ, ta’ mużiċisti żgħażagħ li se jkunu qed jipparteċipaw f’din l-attivitá pubblika nazzjonali. Iċ-chairman tal-Arts Council, Albert Marshall qal li misraħ kastilja se jinbidel fi pjattaforma fejn jittellgħu opri kulturali li se jkunu jista’ jgawdi minnhom il-pubbliku.

Min-naħa tiegħu ċ-chairman tal-orkestra nazzjonali Sigmund Mifsud stqarr li l-orkestra taż-żgħażagħ hija impenjata li ttella kunċerti tul is-sena kollha. Dan il-kunċert se jkun imżewwaq b’mużika ta’ żmien il-Milied u arranġamenti moderni taħt id-direzzjoni tal-maestro Riccardo Bianchi. Jakkumpanjaw il-kordi strumentali se jkun hemm kantanti rinomati u korijiet.

Dawk interessati jistgħu jiksbu l-biljetti minn Berġa Kastilja hekk kif l-ispazju huwa limitat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend