BIL-FILMAT: Vittma ta’ stupru f’pajjiżna b’messaġġ ta’ kuraġġ – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Vittma ta’ stupru f’pajjiżna b’messaġġ ta’ kuraġġ

“Ġejt Malta bl-għan li nsib il-kuntentizza u li jkollhi ħajja sabiħa, iżda xahar wara dan il-pjan sfaxxa għax raġel li ma nafx stuprani.” Kien dan il-kliem ta’ vittma ta’ stupru f’pajjiżna, li l-identitá tagħha ma kinetx żvelata, spjegat li kien il-Ġimgħa filgħaxija meta ħarġet ma’sħabha bħal tfajliet oħra tal-etá tagħha meta sfat stuprata.

Il-vittma b’dieqa spjegat li l-unika ħaġa li tiftakar hi li mingħajr ħwejjeġ sabet raġel jabbuża, it-tfajla ma kinitx f’sensiha u kien meta stembħet li rrealizzat x’kien qed jiġri u kien f’dan il-mument li pruvat taħrab minn din it-trawma li r-raġel taha daqqa f’wiċċha.

It-tfajla mbikkma li bħal donna bdiet tħoss li l-ħajja tagħha kienet spiċċat, irnexxielha taħrab mill-appartament u bdiet tħabbat il-bibien bl-għan li ssib għajnuna. Din it-tfajla sabet id ta’għajnuna minn raġel u ċemplet lil Pulizija fil-ħemda tal-lejl.

Il-Pulizija ħadu lill-vittma l-isptar u t-tfajla spjegat li minkejja li kien matul il-lejl, sabet is-social worker lesta biex tgħinha fl-isptar Mater Dei. Jispikka s-sens ta’ ringrazzjament ta’ din it-tfajla li rnexxielha ssib l-għajnuna meta kienet l-aktar fil-bżonn.

Iżda kien grazzi għal Victim Support Malta li wara dak il-lejl, li ma tixtieqx li tiftakar, baqgħet issib l-għajnuna. “Assiguraw li joffruli l-għajnuna tagħhom kuljum, u minkejja li għaddew ix-xhur, għadna qed niġġieldu din il-battalja flimkien, bis-saħħa tagħhom sibt l-għajnuna ta’ psikoloġista u avukat” fissret it-tfajla.

Kien messaġġ ta’ kuraġġ li l-vittma kellha għal tfajliet oħra li għaddew mill-istess trawma: “Hemm il-ħajja wara l-istupru, Victim Support se jgħinukom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend