Pajjiżna mogħti rating ta’ A+ – One News

Notifiki

Pajjiżna mogħti rating ta’ A+

L-aġenzija ta’ rating internazzjonali, Creditreform Rating AG, għadha kemm ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil pajjiżna. Din kienet l-ewwel darba li din l-aġenzija Ġermaniza għazlet li tagħti rating lill-ekonomija ta’ pajjiżna.

Fost il-kawżi tar-rating positiv li semmew l-esperti ta’ Creditreform, jispikkaw t-tkabbir qawwi fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna, it-titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi, qafas istituzzjonali b’saħħtu kif ukoll l-andament positiv fil-bilanċ ta’ pagamenti ta’ pajjiżna. Ir-rapport tal-Creditreform Rating AG jinnota li “Malta’s potential growth is among the highest of all euro area members”. Dan filwaqt li jirrimarka li pajjiżna għandu “dynamic growth on the back of a buoyant labour market” li huwa “supportive to income convergence towards the EU-28 average”.

B’riżultat ta’ dan, l-esperti Ġermanizi isostni li pajjiżna għandu “high level of creditworthiness”, minħabba “strong macroeconomic performance and strong fiscal sustainability”. Filwaqt li nnutaw li matul l-2015 pajjiżna ra t-tkabbir ekonomiku jirdoppja u jkun it-tieni l-ogħla fiz-zona ewro, Creditreform Rating AG qed jistennew li fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna jkompli jkun fost l-aqwa fl-Ewropa. Dan l-aktar minħabba żieda fl-impjiegi u fil-pagi, kif ukoll investiment sostanzjali.

L-esperti ta’ din l-agenzija internazzjonali qed ibassru li pajjiżna dalwaqt ser ikollu piż tad-dejn nazzjonali taħt is-60% filwaqt li d-deficit se jkompli jonqos. Ir-rapport ta’ Creditreform ifaħħar ir-riformi fil-pensjonijiet u jgħid li huma essenzjali għas-sostenibbilità fiskali. Barra minn hekk Creditreform ifaħħru miżuri bħat-twaqqif tal-Bank ta’ Żvilupp.

Ir-rapport isostni li “Malta exhibits a generally strong institutional framework”, kif ukoll li “as regards the quality of regulation and the perceived level of corruption, the country is in line with its euro area peers”. Dan huwa konferma oħra ta’ kemm l-allegazzjonijiet tal-Opposizzjoni f’dan il-qasam ma humiex jiġu emmnuti minn esperti nternazzjonali. Minflok pajjiżna huwa meqjua fost l-aqwa fl-Ewropa.

Il-Gvern qal li jilqa’ dan l-aħħar ċertifikat tal-fiduċja f’pajjiżna minn aġenziji internazzjonali. Permezz ta’ hekk, il-ġid f’pajjiżna mistenni jkompli jikber u jasal għand kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend