Wara r-rebħa fil-Kunsill Studentesk tal-Junior College l-għaqda PULSE ġiet ikkonfermata bħala l-għaqda li se tmexxi l-kunsill tal-istudenti tal-MCAST. Aħbar li kienet ikkonfermata erbat ijiem wara li seħħet l-elezzjoni fi ħdan l-MCAST hekk kif l-għaqda SDM ma riditx tkompli bl għadd tal-voti.
Dan wara li ftit tal-ħin ilu l-għaqdiet studenteski tal-Pulse u l-SDM fl-MCAST kellhom laqgħa mal-Prinċipal tal-Institut, dan biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandiex issir elezzjoni fl-MCAST kollu jew jekk għandix issir elezzjoni fl-istituzzjonijiet li kien hemm diskrepanza.
Fil-waqt li l-Prinċipal baqa’ jinsisti li għandha ssir elezzjoni fost l-instituti li kien hemm diskrepanza l-SDM insista li jekk ma ssirx elezzoni fl-MCAST kollha, huma se jkunu qed iwaqqgħu n-nomina tagħhom għal din l-elezzjoni.
Minn hemm il-Prinċipal baqa’ iżomm mal-kelma inizzjali li hu qal, dik li għandha ssir elezzjoni fl-instituti li kien hemm diskrepanza, u kien għalekk li l-SDM sostniet li hi se tkun qed twaqqa’ in-nomina tagħha.
Fi żmien siegħa l-għaqda se tkun qed tibgħat ittra uffiċjali lill-Prinċipal tal-Institut tal-MCAST li se jkunu qed iwaqqgħu n-nominazzjoni tagħhom.
Il-PULSE b’mod awtomatiku ġew eletti b’tmien kandidati minn tmien kandidati għall-Kunsill tal-Istudenti fl-MCAST.