Jekk tigdbilhom dwar Father Christmas, aqra dan l-artiklu – One News

Notifiki

Jekk tigdbilhom dwar Father Christmas, aqra dan l-artiklu

Ġenituri qed jiġu mwissija biex jerġgħu jaħsubha darbtejn jekk qed jigdbu lill-uliedhom dwar l-eżistenza ta’ San Niklaw. F’artiklu fil-ġurnal Lancet Psychiatry, żewġ psikologi ddiskutew jekk hix morali din il-gidba, meta tqis li hija parti mill-memorji speċjali għat-tfal fil-Milied.

L-awturi qalu li jekk se nigdbu lit-tfal anke dwar dan il-kunċett , jaf tkun ta’ detriment fuq il-fiduċja li jkollhom lejn il-ġenituri, speċjalment meta jsiru jafu l-verità.

Psikoloġista mill-Università ta’ New England, Kathy McKay, qalet li “l-istorja fittizzja ta’ San Niklaw hi gidba li ġenitur tant ikun involut fiha, u tant ilha tintuża, bejn il-ġenituri u t-tfal, li jekk ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkun diġà dgħajfa, jaf tkun ta’ detriment. Jekk il-ġenituri jigdbu dwar xi ħaġa b’ċertezza kbira u għal żmien twil, mela dwar xiex lesti li jigdbu aktar?”

McKay qalet ukoll li meta wieħed iħabbar lit-tfal tiegħu li San Niklaw ma jeżistix qrib il-Milied, jaf iħalli impatt negattiv fuq it-tifel jew tifla u jibdew jassoċċjaw żmien il-Milied ma’ memorji u esperjenzi koroh.

Qalet li jekk xi darba tiġi l-opportunità tgħid il-verità lil tifla ta’ tliet snin, lesta tagħmilha għax ma temminx li għandu jkun hemm gideb bejniethom.

Psikoloġist ieħor mill-Università ta’ Exeter, Chris Boyle, qal li jekk ikollu t-tfal jista’ jkun li ma joqgħodx jgħidilhom li San Niklaw ma jeżistix. Qal ukoll li ma jaqbilx ma’ ġenituri li jużaw lil dan il-karattru biex ibeżżgħu lit-tfal meta jagħmlu xi ħaġa ħażina waqt iż-żmien tal-festi.

Dawn iż-żewġ psikologi mhumiex tal-ewwel li staqsew dwar din il-‘gidba’. Richard Dawkins kien staqsa jekk għandniex inħeġġu lit-tfal biex jemmnu f’San Nillaw u kreaturi tal-maġija oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend