Il-MAM u l-UĦM irrifjutaw li jiltaqgħu ma' Vitals | One News

Notifiki

Il-MAM u l-UĦM irrifjutaw li jiltaqgħu ma’ Vitals

Vitals Global Healthcare qalet li tinsab sorpriża b’ittra tal-Assoċjazzjoni Medikja Maltija (MAM) u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi. Ittra li fiha intalbet investigazzjoni dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u Vitals.

Filwaqt li ta’ Vitals qalu li jifhmu li kuntratt pubbliku u kbir huwa ta’ interess nazzjonali u għandu jkun hemm diskussjoni, saħqu li l-MAM u l-UĦM irrifjutaw li jiltaqgħu magħhom. Fi stqarrija spjegaw li l-kumpanija hija lesta tgħaddi l-informazzjoni u titkellem mal-imsieħba tant li hekk sar ma’ diversi entitajiet. “Iżda, il-MAM u l-UĦM irrifjutaw kontinwament li jiltaqgħu ma’ VGH biex jiddiskutu l-proġett,” qal il-grupp Vitals.

“Huwa għal din ir-raġuni li l-kumpanija ssib l-ittra mibgħuta liċ-ċermen tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi sorpriża,” qal il-grupp li żied li se jibqa’ jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ kull min hu interess.

Fl-istess ħin il-grupp staqsa x’inhu l-interess tal-MAM u l-UHM li minflok daħlu fi djalogu biex jirrappreżentaw l-interessi tal-membri għażlu triq li tista’ tidher iddettata minn aġenda politika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend