"Il-Gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu" – JM | One News

Notifiki

“Il-Gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu” – JM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima d-diżappunt li għal żball ta’ 50 vot, ingħata kumpens ta’ żewġ siġġijiet il-Partit Nazzjonalista u li dan juri kemm il-gvern huwa ‘underdog’.

Il-Prim Ministru saħaq li d-deċiżjoni mhix se taffettwa l-gvern, għaliex igawdi minn appoġġ fenomenali, iżda r-riperkussjonijiet li jistgħu jiġu fis-snin li ġejjin huma kbar b’ din id-deċiżjoni.

Muscat saħaq li mgħandux jinħela ħin fuq din il-kwistjoni, għaliex ix-xogħol tal-gvern hu li l-Maltin ikollhom xogħol għalihom u għal familji tagħhom, għaliex dan il-gvern jiċċelebra meta jiggwadanja l-fiduċja tal-poplu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend