Raġel ta’ 54 sena, residenti Birżebbuġa sofra ġrieħi gravi waqt li kien qiegħed jaħrat il-ġardina.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għ10:30 ta’ dagħlodu fi Triq San Mikiel, f’Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.