Jitlaq lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun esebit fi Pjazza San Pietru – One News

Notifiki

Jitlaq lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun esebit fi Pjazza San Pietru

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru telaq minn Malta lejn il-Vatikan il-presepju Malti li se jkun qed jiġi esebit ġewwa Pjazza San Pietru.

Wara jumejn ta’ tgħobbija tal-materjal ta’ dan il-presepju ġo żewġ containers, dan issa telaq lejn il-Vatikan sabiex jiġi armat fi Pjazza San Pietru u mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru jkun jista’ jibda jpaxxi l-għajn ta’ min izur il-Vatikan sat-8 ta’Jannar.

Hekk kif tħabbar waqt konferenza stampa fit-22 t’Ottubru, kif jgħaddi dan iż-żmien imbgħad se jkun esebit f’pajjiżna f’postijiet pubbliċi fi żmien il-Milied.

Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.

Il-presepju ntgħazel wara li d-Direttorat tal-Kultura, f’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, ippubblika sejħa għad-disinn u l-bini ta’ presepju artistiku.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali irringrazzja l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Kurja tas-sostenn f’dan il-proġett, li jinkludi wkoll kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fis-17 ta’ Dicembru fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn.

presepju-2

prespeju-3

p-4

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend