Jonqos id-defiċit b' €100,000,000 | One News

Notifiki

Jonqos id-defiċit b’ €100,000,000

Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat kien ta’ €105 miljun. Dan ifisser tnaqqis ta’ €100 miljun fid-defiċit meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Bejn Jannar u Ottubru tal-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista id-defiċit fil-Fond Konsolidat kien ta’ €323 miljun ewro, jew tliet darbiet iktar.

Dawn ir-riżultati jindikaw li l-gvern se jkun qiegħed fit-triq it-tajba biex jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu għal din is-sena. Li jfissru l-inqas deficit fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna flimkien ma’ tnaqqis fil-piż tad-dejn nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend