Impenn għal Università aktar aċċessibbli | One News

Notifiki

Impenn għal Università aktar aċċessibbli

Impenn biex tiżdied l-aċċessibilitá għat-tagħlim f’livell ta’ edukazzjoni sekondarja u terzjarja fost studenti li għandhom learning disabilities, li jinkludu kundizzjonijiet bħall-awtiżmu, ADHD u dyslexia.

Kien dan il-qafas ta’ konferenza organizzata mill-Universitá ta’ Malta, li l-għan tagħha huwa li tevalwa jekk l-Universitá ta’ Malta hijiex aċċessibbli għal dawn l-istudenti u li tisma’ l-bżonnijiet tal-edukaturi u l-ġenituri.

Għal din il-konferenza attendiet ukoll il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca li tkelmet favur il-ħtieġa ta’ diskussjoni, għal edukazzjoni aktar aċċessibbli u inklussiva.

Hija spjegat li huma bosta l-istudenti li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-klassi u li jaqtgħu qalbhom li jistgħu jaslu sal-livell Universitarju, għaldaqstant, saħqet li huwa dover u dmir li dawn l-istudenti jingħataw l-appoġġ meħtieġ u li jkollna Universitá aktar aċċessibbli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend