Il-PN jiċċelebra fid-daħla tad-Dar Ċentrali | One News

Notifiki

Il-PN jiċċelebra fid-daħla tad-Dar Ċentrali

Il-Partit Nazzjonalista organizza dak li kellu jkun rally biex jiċċelebra sentenza tal-Qorti u dan għamlu fid-daħla tad-dar ċentrali. Għalih attendew l-akkaniti tal-Partit li fl-aħħar xhur Busuttil ħadhom miegħu kull meta ried jagħmel l-istorbju, bħal meta ġew aggrediti ġurnalisti ta’ ONE NEWS quddiem il-Qorti.

Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, is-sentenza tal-illum fissret telfa kbira għal Joseph Muscat u qal li ħareġ mill-emergency exit.

Simon Busuttil irringrazzja lill-Paul Borg Olivier u t-tim tiegħu għar-rebħa li għamlu u ddeskriva din il-kawża bħala David kontra Gulia għaliex kontrih sab lil Joseph Muscat u l-Partit Laburista.

Huwa saħaq ukoll kif din kienet rebħa morali għal Partit Nazzjonalista filwaqt li semma’ kif ir-rebħa taż-żewġ siġġijiet hija l-ewwel sinjal biex il-Partit Nazzjonalista ma jaqtax qalbu u jerbaħ l-elezzjoni li jmiss.

Wara ċ-ċelebrazjzjoni taż-żewġ siġġijiet, indaqq l-Innu tal-Partit Nazzjonalista b’tfakkira tar-rebħa li saret illum.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend