"Din is-sentenza ma tħassarx li l-Gvern rebaħ b' 36,000 vot fl-elezzjoni" | One News

Notifiki

“Din is-sentenza ma tħassarx li l-Gvern rebaħ b’ 36,000 vot fl-elezzjoni”

Il-Gvern esprima d-diżappunt tiegħu għad deċiżjoni li ħadet il-Qorti Kostituzzjonali, li tat  żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament lill-Partit Nazzjonalista. Dan f’deċiżjoni wara appell li sar iktar kmieni din is-sena.

F’konferenza il-Gvern qal li jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti. Il-Gvern spjega li l-appell ta raġun lill-Partit Laburista hekk kif bidlet dak li qalet fl-ewwel sentenza li ma tatx raġun lill-Partit Nazzjonalista rigward it-tlettax id-distrett, u qalet li Claudette Buttigieg u Frederick Azzopardi bil-mekkaniżmu elettorali diġa’ għandhom siġġu fil-Parlament u għalhekk ma kellhomx iktar interess fil-kawża.

Il-Gvern qal li se jkun qed jimplimenta u jirrispetta dak li qalet il-Qorti immedjatament u li l-Kummisjoni Elettorali se tkun qed taħdem skond id-deċiżjoni.

Fi kliem il-Gvern, din is-sentenza tati tort lil Simon Busuttil għax kien qal li m’hemmx bżonn li jsir appell filwaqt li l-Qorti ma tatx raġun lil Partit Nazzjonalista fuq numru ta’ punti.

Il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Edward Zammit Lewis fissru li l-Gvern b’fiduċja u aktar kuraġġ se jkompli jaħdem fuq riformi kbar għall-pajjiż, u li din is-sentenza ma tħassarx li l-Gvern rebaħ b’ 36,000 vot fl-elezzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend