Iffirmat ftehim bejn l-Ministeru għall-Edukazzjoni u The Food Factory – One News

Iffirmat ftehim bejn l-Ministeru għall-Edukazzjoni u The Food Factory

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Ministeru għall-Edukazzjoni u The Food Factory, li se tiftaħ il-bibien tagħha fi Frar illi gej.

Dan huwa investiment ta’ €21 miljun fejn se jħaddmu mal-230 persuna. Fosthom koki, koki speċjalizzati fil-ħelu, persuni li jgħinu fil-kċina fost oħrajn.

Il-fabbrika ser isservi ta’ opportunità għall-istudenti tas-sekondarja u dawk li komplew l-istudji tagħhom wara dan il-livell. Fost oħrajn se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-ikel innifsu, il-preparazzjoni tiegħu u x-xjenza tal-ikel.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li dan il-kunċett jikkumplimenta mar-riforma fl-edukazzjoni sekondarja li tħabbret ilbieraħ.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend