Se jitilgħu l-ogħla muntanja fl-Afrika biex tinbena skola | One News

Notifiki

Se jitilgħu l-ogħla muntanja fl-Afrika biex tinbena skola

Fil- 5 ta’ Jannar 2017, tmintax-il parteċipant se jitilqu għall-Afrika biex jitilgħu l-ogħla muntanja   fid-dinja, Mount Kilimanjaro, għal kawża ġusta.

F’dawn l-aħħar xhur, it-tim ġabar fondi għall-bini ta’ skola f’ Jemu, post remot fl-Etjopja. Il-proġett qed jiġi kkordinat mill-Moviment Ġesu fil-Proxxmu.

Fl-aħħar għaxar snin, kważi €600,000 f’fondi inġabru minn Kilimanjaro Challenge Malta għal diversi proġetti fl-Afrika.

Il- President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet l-għaxar tim ta’ Kilimanjaro Challenge Malta ġewwa l-Palazz ta’ San Anton. Il-President awgurat suċċess lill-parteċipanti u qalilthom li hija kburija ħafna bl-isforzi tagħhom.

“Hawn ħafna nies li qed ibatu, u nies bħalkhom jagħmlulhom ħajjithom aħjar – m’hemm xejn isbaħ minn hekk,” qalet il-President.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend