Għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel id-deputata Ingliża Jo Cox – One News

Notifiki

Għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel id-deputata Ingliża Jo Cox

Thomas Mair intbagħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati tal-qtil tal-Membru Parlamentari Ingliża Laburista Jo Cox.

Ir-raġel ta’ 53 sena spara u ta daqqiet ta’ sikkina lill-omm ta’ żewġt itfal f’Birstall f’Ġunju li għadda, ġimgħa qabel ir-referendum ta’ Brexit.

Fl-attakk, Mair għajjat ‘Britain First’, iżda l-Imħallef qal li l-patrijott veru kienet Cox, mhux Mair. Prosekuturi qalu li Mair kien imqanqal minn mibegħda u r-reati tiegħu ma kienu xejn għajr terroriżmu.

Mair instab ħati wkoll li li kellu pistola b’intenzjoni, weġġa gravi lil Bernard Kenny ta’ tmienja u sebgħin sena li prova jgħin lil Cox u kellu sejf fuqu.

Liebes libsa skura u ingravata blu, Mair baqa bla emozzjoni hekk kif il-verdetti nqraw, wara siegħa ta’ deliberazzjonijiet

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend