Allegatament jidħol f’karetta tal-konkos wara argument ma’ żewġ ħaddiema – One News

Notifiki

Allegatament jidħol f’karetta tal-konkos wara argument ma’ żewġ ħaddiema

Taljan ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema u żewġ ħaddiema tal-kostruzzjoni residenti ż-Żejtun kellhom argument fi Triq Dun Karm Psaila, Tas-Sliema għall-ħabta tal-10.30.

Il-Pulizija mistennija tieħu passi kontra t-Taljan hekk kif l-argument allegatament inqala’ fil-ħin li beda joġġezzjona għal xogħlijiet li jinvolvu l-ġebel u l-konkos li bdew isiru fit-triq. Il-ħaddiema kellhom il-permessi kollha neċessarji. Il-ħaddiema qalu li t-Taljan baqa’ jinsisti li jgħaddi minn din it-triq u saq għal fuq karetta mimlija konkos.

Kif jidher fir-ritratt, kawża ta’ dan il-karozza mtliet bil-konkos. It-Taljan ċaħad li għamel dan u allega li kienu l-ħaddiema li tefgħulu l-konkos fuq il-karozza.

Ritratt: Malta Diżastru Totali

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend