Futur sabiħ għal pajiżna | One News

Notifiki

Futur sabiħ għal pajiżna

Mill-ewwel ġurnata li dan il-Gvern ingħata l-fiduċja mill-poplu, spikka biċ-ċar li dan kien Gvern ipreparat biex jiggverna, lest biex ma jaħli l-ebda ħin prezjuż. Il-poplu kellu fiduċja li dan il-Gvern kien ser iwassal lil pajjiżna f’livelli għolja li l-ebda Gvern preċedenti ma kien kapaċi jagħmel.  Kellna poplu b’fiduċja assoluta f’dan il-Gvern u min-naħa l-oħra kellna u għandna Gvern b’fiduċja kbira fil-poplu Malti.  Hija din it-taħlita li qed twassal għal suċċess wieħed wara l-ieħor.

F’dawn il-ftit snin li dan il-Gvern ilu jiggverna ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna u tħoss t-tkabbir tal-ġid f’pajjiżna.  Ibda miż-żghir sal-kbir, huwa fatt li ma jista’ jiċħdu ħadd li qegħdin ngħixu kwalita ta’ ħajja aħjar, b’aktar flus fil-bwiet u b’ambjent aktar nadif.  Fl-aħħar mil-aħħar dan huwa dak li jinteressah il-Poplu Malti, li jqum għax-xoghol biex jaħdem u juri t-talenti tiegħu, ghax jaf li dan huwa Gvern li jurik x’għandu ppjanat għalik. Dan huwa Gvern li lilek iridek tirnexxi u għalhekk jagħtik dak kollu li int ikollok bżonn biex tirnexxi.

L-ottimiżmu li ħoloq dan il-Gvern f’kull wieħed u waħda minnha ma kinitx sfida faċli.  Il-poplu Malti, sa tliet snin ilu, ftit li xejn kien qed jara li pajjiżna seta’ jinbidel mil-lejl għan-nar.  Bit-tmexxija tal-PN fil-Gvern, wieħed seta’ iħoss biss arroganza sfaċċata, nuqqas ta’ flus fil-bwiet tan-nies, deċiżjonijiet ħżiena u politika korrotta. Tant kien imdorri b’din l-attitudni l-poplu Malti, li qata’ qalbu li jitkellem. Nafu iżda li meta ġie l-ħin tal-prova, il-poplu Malti tkellem bil-vot tiegħu biex b’hekk illum għandna Gvern li Malta u l-poplu Malti kien jistħoqlu.  Minn iffanga u bela’ kemm felaħ taħt it-tmexxija tal-PN fil-Gvern m’hu qed jagħmel xejn aktar illum milli jipprova jfixkel il-hidma ta’ dan il-Gvern bit-tama li l-PN jerġa’ ikun fil-Gvern biex b’hekk ikompli jiffanga.  Din iżda hiija attitudni ta’ min irid il-poter għal ġid ta’ familtu li f’25 sena ffanga kemm felaħ u abbuża mill-poter kemm felaħ biex isir sinjur mill-illum għal għada.

Fil-konferenza Ġenerali tal-PN, min segwa seta’ jara b’għajnejh li l-PN huwa u għadu l-istess partit li ser jibqa’ imniżżel fl-istorja ta’ pajjiżna għall-akbar telfa elettorali.  Wieħed seta’ jara biss l-istess uċuħ korrotti mdawrin mal-kap tal-PN Simon Busuttil, jitkellmu quddiem il-kunsill ġenerali daqs li kieku huma verġni neżlin mis-sema.  Donnhom huma uċuħ ġodda li missew mal-għatba tal-PN il-bieraħ.  Xejn ħlief nies li jixtiequ jgħattu dnubiethom u jibdew mil-ġdid. Wieħed seta’ jinduna li kellhom biss diskorsi ta’ tgħajjir lejn dan il-Gvern u tifħir lejn Simon Busuttil. PN li għadu mwaħħal u staġnat b’politika skaduta.

Wieħed seta’ jistenna xi forma ta’ skuża lejn il-poplu Malti minn min abbuża bil-poter meta kien fil-Gvern jew ħa direct orders ta’ miljuni. Wieħed forsi stenna diskorsi ta’ apoloġija lejn il-Poplu Malti għal meta kien hawn min bil-kemm kien qed jgħaddi fix-xahar u fl-istess ħin min kien qed jiggverna sar miljunarju b’daqqa ta’ pinna.  Saħansitra, Simon Busuttil stess bil-President ta’ l-Eżekuttiv tiegħu Anne Fenech, li hija l-favorita ta Busuttil, li daħlu kemxa flus mhux hażin b’direct orders – misshom huma stess skużaw ruħhom fil-Kunsill Ġenerali, quddiem il-folla żghira li kienet qed issegwihom. Forsi dak li stenna l-Poplu Malti minn dan il-Kunsill.

Ta’ min jgħid li l-PN huwa partit li ma jista’ qatt ikun viċin tan-nies. Huwa partit li għandu storja ta’ arroganza. Ma jammetti qatt li żbalja u għalhekk ma jista’ qatt iqum fuq saqajh qabel ma jiskuża ruħhu mal-poplu Malti għal mod arroganti u sfaċċat ta’ kif mexa meta kien fil-poter għal dawn l-aħħar 25 sena.

Huwa għalhekk li l-fiduċja fil-Prim Ministru Joseph Muscat dejjem tkompli tikber. Illum bil-fatti wieħed jinnota li dan huwa Gvern li jaf x’qed jagħmel, jaf fejn irid iwassal lil dan il-pajjiż u jaf x’kapacità għandu l-poplu Malti.  Dan huwa Gvern li jwettaq u mhux iparla, Gvern jaġixxi u mhux jastjeni, Gvern mimli b’kuraġġ u determinazzjoni biex lil din Malta tagħna jagħtiha dak kollu li jixraqilha.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend