Il-Partit Laburista qal li r-riforma sħiħa li dan il-Gvern qed iwettaq fil-qasam tas-saħħa ssoktat illum meta kien imniedi l-patient charter. “Dan huwa commitment ċar ta’ dan il-Gvern li kemm il-darba jinqabeż il-limitu ta’ kemm pażjent ikun jista’ jistenna, l-operazzjoni ssir fil-privat u l-ispejjeż involuti jħallashom il-Gvern,” qal il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista nnota li hemm commitments ċari wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħinijiet ta’ stennija fl-emerġenza.
“Din hija wegħda elettorali oħra mwettqa,” żied il-Partit Laburista.
Fi stqarrija nnota li dan il-Gvern qed jagħti importanza kbira lill-qasam tas-saħħa mhux biss billi eradika l-problema tal-mediċini out of stock, iżda qed jaħdem ukoll fuq il-problema ta’ nuqqas ta’ spażju fl-isptar Mater Dei fosthom permezz ta’ bini ta’ żewġ spartijiet ġodda f’Għawdex u San Luqa li għalihom il-Gvern mhux se jħallas ċenteżmu.