Messaġġ ta’ missier li bintu tilfet il-battalja kontra l-kanċer – One News

Notifiki

Messaġġ ta’ missier li bintu tilfet il-battalja kontra l-kanċer

Kull demgħa, kull għajta ta’ uġigħ u kull minuta ta’ tbatija. Dan ir-ritratt li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook juri l-emozzjoni li jħoss dak il-missier u dik l-omm li jkollhom uliedhom jiġġieldu l-battalja tal-kanċer. It-tifla f’dan ir-ritratt tilfet din il-ġlieda lbieraħ.

screen-shot-2016-11-21-at-08-10-31
Ir-ritratt li poġġa l-missier. It-tbatija taċ-ċkejkna minn għajn il-missier.

Ir-ritratt taċ-ċkejkna li għandha biss erba’ snin, fakkar lil dawk li rawh, li l-ġenituri minkejja li fis-silenzju jkunu qed iħossu dak li qed tħoss binthom jew binhom.

“Dan huwa l-iktar ritratt diffiċli li qatt ħadt f’ħajti” kiteb il-missier.

Kien propju ftit tal-jiem ilu, li din it-tifla ngħatat ftit ġimgħat ħajja. Dan ir-ritratt ittieħed f’mument li minkejja li l-ġenituri xtaqu jgħinuha ma setgħux. “Din it-tifla kellha tmut fi tbatija tas-solitudni, għax aħna ma stajna nagħmlu xejn.”

Kien fis-7.00 li missier iċ-ċkejkna ħabbar fuq is-sit soċjali ta’ Facebook li t-tifla tiegħu kienet mietet. Jispikka l-messaġġ tal-missier li stqarr li issa mhux se tkun qed tbagħti aktar u tkun ‘priġuniera’ tal-uġigħ.

“Il-prinċipessa tiegħi issa tinsab f’post fejn tista’ tilgħab mal-ħbieb tagħha u nies li jħobbuha. Issa se tkun qed tieħu ħsieb lil ħuha u lilna mis-sema’ sakemm nerġgħu niltaqgħu bħala familja” spjega l-missier.

Kien propju tmien sigħat wara  li dan il-missier għannaq lit-tifla u spjegala li ma jimpurtax li tagħlaq għajneja u torqod li tilfet ħajjitha.
Il-missier għalaq il-messaġġ tiegħu b’nota pożittiva minkejja n-niket, “Qed inħoss li tlift parti kbira mill-ħajja tiegħi, imma kuntent li fl-aħħar sigħat ta’ ħajjitha, offrejtila l-imħabba u l-għajnuna li kellha bżonn. Mietet fl-imħabba u fil-kalma, f’ġenna li qatt ma setgħet tgawdi.”
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend