Bir-ritratti: Muniti minflok madum! – One News

Bir-ritratti: Muniti minflok madum!

Il-mod ta’ kif wieħed iżejjen id-dar dejjem tkun f’idejh hekk kif mhux kulħadd ikollu l-istess gosti. Mara bl-isem fittizju ta’ TanyaTooners poġġiet ritratti fuq is-sit Imgur, biex turi l-progress ta’ kif qed toħloq disinn magħmul minn muniti għall-art minflok madum.

Skont x’kitbet mar-ritratti, TanyaTooners qalet li hi marret tiġbed $150 f’muniti mill-bank, u bdiet tisseparhom skont kemm ileqqu u kif ukoll skont il-kulur tagħhom.

Minn hemm hi bdiet tieħu l-qisien tal-art, tpoġġi ftit kolla taħt kull muniti u tweħħlu fl-art sakemm fl-aħħar ħolqot disinn uniku u oriġinali mingħajr ebda użu ta’ madum.

Wara li lestiet, poġġiet taħlita apposta li tkun trasparenti fl-art u wara li nixfet illustrat l-art.

Fil-waqt li forsi l-proċess jaf jidher faċli, il-paċenzja li wieħed irid ikollu trid tkun ferm kbira. Iżda żġur mhux forsi li r-riżultat hu wieħed mill-isbaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend