Angela Merkel se terġa’ tikkontesta – One News

Notifiki

Angela Merkel se terġa’ tikkontesta

Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, se tkun qed tikkontesta għar-raba’ terminu għall-uffiċċju. Dan qaluh il-membri tal-partit konservattiv tagħha.

Merkel, li għanda 62 sena, mistennija tħabbar formalment l-intenzjoni tagħha aktar tard il-Ħadd fil-kwartieri ġenerali tal-Unjoni Demokratika Kristjana (CDU).

L-Elezzjonijiet Ġenerali fil-Ġermanja huma mistennija jkunu fil-Ħarifa tas-sena d-dieħla.

Stħarriġ wera li l-popolarità ta’ Merkel naqsat meta mqabbla fl-aħjar tal-popolaritá tagħha, iżda xorta waħda għandha l-maġġoranza warajha.

Intant, hija sofriet telfa imbarazzanti fl-elezzjoni reġjonali aktar kmieni din is-sena u qed tiġi sfidata mill-populisti tal-lemin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend