“It-tifla tiegħi spiss tqatta’ ħin mar-raġel li stuprani” – One News

Notifiki

“It-tifla tiegħi spiss tqatta’ ħin mar-raġel li stuprani”

“Ħolma kerha li qatt m’hu se nqum minnha” – Hekk iddeskrivit l-esperjenza tagħha Noemi, li ta’ tmintax-il sena saret taf li ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tħalli lil bintha tqatta’ ħin mar-raġel li stupra.

It-tifla ta’ Noemi twieldet wara stupru, l-omm spjegat li skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-ġenituri f’Nebraska, stat Amerikan, il-missier xorta waħda għandu d-dritt li jiltaqa’ ma’ bintha minkejja li stupra.
Din l-omm, mbikkma stqarret ma’ CNN li meta tieħu lit-tifla għand dan ir-raġel, li jiġi missier it-tifla, tħoss li qed tpoġġi lil bintha fil-periklu, għax dak li għamel lilha jista’ jagħmlu fuq it-tifla.
“L-ikbar biża’ tiegħi hi li t-tifla tiegħi tweġġa’ jew ikollha tgħaddi minn dak li qed ngħaddi jien” fissret l-omm. Hija qalet li dak li qed tgħaddi minnhu hi, qed jgħaddu minnhu nisa oħra li qed ikunu mġegħla li jħallu t-tfal tagħhom għal numru ta’ sigħat jew ġranet f’idejn l-agressur li jkun wettaq l-istupru.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend