Sebat'itfal salvati minn abbuż kuljum | One News

Notifiki

Sebat’itfal salvati minn abbuż kuljum

Ilum huwa l-jum Ewropew dedikat għall-protezzjoni tat-tfal kontra l-esplojtazzjoni u l-abbuż sesswali.

F’pajjiżna jeżisti hotline magħruf bħala childweb alert, li ta’ kuljum isalva sebat itfal minn esplojtazzjoni sesswali.

Deborah Vassallo, amministrattriċi tan-numru 179 fi ħdan il-Foundation for Social Worker Services. Tkellmet dwar il-bżonn li wieħed ma jitkellimx dwar ‘pornografija’ fejn jidħol it-tfal, iżda ‘abbuż’.

Jidħlu rapporti fejn tfal Maltin ikunu qed jipproduċu ritratti huma stess – ħaġa li wkoll hija illegali. Wissiet ukoll dwar ġenituri li jtellgħu ritratti ta’ wliedhom b’ċertu pożi. Anke fejn jidħul ritratti ta’ trabi li għadhom jitwieldu u jkunu bla ħwejjeġ. Dawn faċli jispiċċaw fuq siti frekwentati minn pedofeli.

Segwi siltiet mill-intervista hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend