€16,270 għal transfer abbużiv – One News

Notifiki

€16,270 għal transfer abbużiv

Infermiera ingħatat kumpens ta’ €16,270 talli fil-fehma tal-Qorti ingħatat transfer abbużiv.

Rita Vella ilmentat li f’ Awwissu tal-2011, wara li nnotat li l-kollegi tagħha kienu qed jittrattawha ħażin, ressqet rapport ta’ fastidju vjolenti li kien injorat u minn fuq, malli daħal rapport kontriha, ittellgħet quddiem il-board tad-dixxiplina li bagħtha taħdem San Vincenz de Paul.

L-Imħallef Micallef qal li Vella ma ngħatax smiegħ xieraq mill-board tad-dixxiplina, tant li ngħatat it-transfer qabel ikkonkludew il-proċeduri dixxiplinarji li eventwalment ħarġilha warning biss.

Bħala rimedju għall-abbuż ta’ poter taċ-Chief Medical Officer, il-Qorti ġegħlitu jħallas iktar minn sittax-il elf ewro u ordnat li Vella terġa’ tintbagħat lura fil-ward oriġinali tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend