Serqa minn ħanut f’Birkirkara… il-ħalliel jaħrab minn fuq il-post – One News

Notifiki

Serqa minn ħanut f’Birkirkara… il-ħalliel jaħrab minn fuq il-post

Illum għall-ħabta tal-4:15p.m., il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut li jinsab fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-mara, ta’ 20 sena u residenti Birkirkara, li hi impjegata fl-istess ħanut. Ir-raġel ma kienx mgħammad iżda allegatament kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’xi flus kontanti. It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend