Nestle Malta tinawgura Ċentru tal-Konsumaturi f'Ħal Lija | One News

Notifiki

Nestle Malta tinawgura Ċentru tal-Konsumaturi f’Ħal Lija

Fis-sena li Nestle qed tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tagħha, Nestle Malta inawgurat Ċentru tal-Konsumaturi f’Ħal Lija.

Ċentru li se jservi bħala punt ta’ kuntatt bejn Nestle u l-konsumaturi.

Dan iċ-entru se jservi ta’ vetrina għall-prodotti kollha ta’ Nestle, u allura joffri esperjenza unika qrib il-konsumatur.

Se jkun qed jilqa’ ukoll lill-pubbliku inġenerali li jieħu sehem fl-inizjattiva tan-NESCAFE Collect Scheme.

 

Kif wieħed jidħol f’dan iċ-ċentru se jsib ħajt proġettat b’mod grafiku li juri l-ewwel 1,000 jum ta’ bniedem u kif dan jiżviluppa bl-aħjar mod.

Allura dan se jagħti ħajja lill-motto ta’ Nestle – “Good Food Good Life”.

 

L-inawgurazzjoni taċ-Ċentru saret mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li nnota kif dan l-investiment jingħaqad ma’ katina t’investimenti oħrajn: b’dawn kollha jkunu xhieda tal-ekonomija b’saħħitha li għandna fil-pajjiż.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend