L-istudenti ta’ 24 skola sekondarja kienu fiċ-ċentru tan-negozju u s-settur finanzjarju. Dan hekk kif qed jipparteċipaw f’ġimgħa ta’EXPO li matula l-istudenti tas-suġġetti kummerċjali ħadu l-irwol ta’ għalliema u għallmu lil studenti oħrajn li mhux qed jistudjaw dawn is-suġġetti.
L-għan ewlieni wara dan il-proġett huwa li l-istudenti jitgħallmu minn etá żgħira l-aspetti ekonomiċi bħall-importazzjoni u l-esportazzjoni.
Matul din il-ġimgħa, t-tfal ħarġu mill-klassi u żaru skejjel differenti u użaw metodi ġodda u moderni biex jgħallmu. Dan għamluh fost l-oħrajn permezz ta’ role plays, preżentazzjonijiet u anke logħob edukattivi li ħolqu huma stess.
L-istudenti li tkellmu magħna stqarrew li filwaqt li ħadu gost jaħdmu f’tim, tgħallmu aktar ħiliet soċjali, ħasbu kritikament u tgħallmu l-valuri ta’ integritá u etika tagħhom.