Il-Prim Ministru Malti jiltaqa’ mal-President Bulgaru – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Malti jiltaqa’ mal-President Bulgaru

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-President Bulgaru Rosen Asenov Plevneliev.

Fil-ftit minuti li kienu preżenti l-ġurnalisti, iż-żewġ mexxejja tkellmu fuq il-Presidenza Maltija f’Jannar li ġej.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat elenka l-prioritajiet ta’ Malta għal meta pajjiżna jkollu t-tmun tal-Presidenza f’idejh, u hawnhekk il-President Bulgaru stqarr li pajjiżu għandu l-istess prioritajiet, għaldaqstant Malta se ssib l-appoġġ meħtieġ mill-Bulgarija.

Il-President Bulgaru qal li qed iħares lejn il-Presidenza Maltija b’ottimiżmu, u ddeskriva ż-żjara tiegħu f’Malta bħala waħda simbolika.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend