Huma ĦAMSA t-tfajliet li qalu li l-għalliem għamel avvanzi sesswali | One News

Notifiki

Huma ĦAMSA t-tfajliet li qalu li l-għalliem għamel avvanzi sesswali

Il-każ ta’ tfajla li allegatament kienet abbużata fi skola l-Ħamrun ma jidhirx li kien l-unika wieħed irrapportat fl-aħħar sigħat.

Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermaw li l-kuraġġ tat-tifla li żvelat minn xiex kienet qed tgħaddi serva biex erba’ tfajliet oħra li allegatament għaddew minn sitwazzjonijiet simili, jersqu ‘l quddiem u jikxfu li għaddew mill-istess trawma lill-amministrazzjoni tal-iskola.
L-istorja ħarġet fil-beraħ ilbieraħ. Il-Ministeru tal-Edukazzjoi ikkonferma li ġie mgħarraf dwar allegat abbuż li seħħ fi skola tal-Istat. Il-Ministeru isserraħ ras il-pubbliku li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-partijiet u qed issir inkjesta maġisterjali.

It-tifla qalet li ma kienx l-ewwel darba li l-għalliem kien abbużiv u kellem lill-istudenti b’mod pastaż u doppju sens. Saħansitra irrapportat li l-għalliem kien iħeġġeġ lill-istudenti subien biex jagħmlu bħalu.

Ma kienx faċli li omm l-ewwel vittma tirraporta l-każ. Fittxet l-għajnuna tal-Ispettur Sandro Camilleri li rrefferiha għall-għassa tal-Ħamrun. Iżda hemm qalulha li biex isir rapport ta’ stupru kellha tipprovdi provi li t-tbenġil fuq ġisem binta kien ikkawżat mill-allegat abbuż. Għalhekk l-omm fittxet l-għajnuna tal-amministrazzjoni tal-iskola, li bdew jipprovaw imewtu l-każ biex ma tinġibidx għajn il-midja.

Fil-ħin li l-omm kienet għadha fl-uffiċju tal-Prinċipal, il-mara rrakkuntat li għadda l-istess għalliem u mhux konxju li hu kien is-suġġett tad-diskussjoni għemeż lit-tifla fil-preżenza t’ommha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend