Hillary Clinton tfittex il-kwiet u s-solitudni wara l-elezzjoni | One News

Notifiki

Hillary Clinton tfittex il-kwiet u s-solitudni wara l-elezzjoni

Hillary Clinton żvelat id-diżappunt tagħha għat-telfa fl-elezzjoni Presidenzjali waqt l-ewwel dehra pubblika mindu tilfet ġimgħa ilu.

Il-kandidat Demokratiku qalet li riedet toqgħod għaliha taqra ktieb u ma titlaqx mid-dar. Iżda f’diskors waqt attivitá tal-karita mat-tfal, hija appellat lill-udjenza biex jiġġieldu għall-valuri Amerikani u qatt ma jaqtgħu qalbhom.

Clinton rebħet il-vot popolari iżda tilfet il-Presidenza fil-kulleġġi elettorali Amerikani. Waqt l-attivitá ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ sigurta u ftit li xejn kien hemm ċerimonji għall-preżenza tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend