"XADINA BIT-TAKKUNA" – sindku jkollha tirriżenja wara din il-kliem dwar Michelle Obama | One News

Notifiki

“XADINA BIT-TAKKUNA” – sindku jkollha tirriżenja wara din il-kliem dwar Michelle Obama

Is-sindku ta’ belt Amerikana f’West Viriginia kellha tirriżenja wara li nqabdet f’kontronversja dwar kummenti razzisti fil-konfront ta’ Michelle Obama.

Beverly Whaling esprimiet appoġġ lejn kitba li sejħet lis-sinjura Obama “xadina liebsa t-takkuna” (ape in heels).

Għalkemm ma kitbithiex hi, Whaling kitbet li dik il-frażi għamlitha f’burdata tajba, iżda aktar tard qalet li kienet qed tirreferi għar-riżultat tal-elezzjoni, fejn rebaħ Trump.

Iddawret petizzjoni li permezz tagħha ċittadini talbu r-riżenja tas-sindku, liema petizzjoni ġabret aktar minn 170,000 firma.

Whaling kienet sindku ta’ belt bl-isem ta’ Clay, fejn hemm popolazzjoni ta’ 491 persuna biss. Fil-Belt m’hemm ebda resident Afrikan-Amerikan, skont l-aħħar ċensiment li sar fl-2010.

Fi Clay County kollu, aktar minn 98% tad-9,000 resident huma ta’ karnaġġjon bajda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend