"Simon Busuttil f'paniku; bla pjan fl-enerġija" | One News

Notifiki

“Simon Busuttil f’paniku; bla pjan fl-enerġija”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista jinsabu f’paniku hekk kif m’għandhomx pjan fil-qasam tal-enerġija. Agħar minn hekk, l-unika pjan li għandhom hija li nerġgħu mmorru lura għal aktar fjuwil li jħammeġ, il-heavy fuel oil li se jfisser aktar tniġġiż u aktar problemi ta’ saħħa.

Il-PL qal li dan qed jikkonfermah il-Partit Nazzjonalista stess fi stqarrija ċara. “Kieku niġu li jkollna bżonn aktar minn 400mW meta tkun ħafna sħana, f’Awwissu meta jkiddna, il-Gvern jista’ jqabbad għal ftit l-impjanti ta’ Delimara”.

Il-PN qed jikkonferma li Delimara 1, il-parti tal-power station li dan il-Gvern se jkun qed jagħlaq, tibqa’ taħdem u dan b’detriment għan-nies tal-madwar.

“B’Simon Busuttil u l-PN se jerġgħu jgħollew il-kontijiet.

B’Simon Busuttul u l-PN se terġa’ tinfetaħ il-power station tal-Marsa.

B’Simon Busuttil u l-PN se tibqa’ fejn hi ċ-ċumnija ta’ Delimara.

Iżda n-nies ma jridux li jreġġgħu l-arloġġ lura.” kompla jgħid fl-istqarrija.

Fl-istqarrija l-Partit Laburista temm billi qal li n-nies iridu kontijiet orħos, arja aktar nadifa u ambjent aħjar, għalhekk iridu lil dan il-Gvern ikompli jaħdem, Gvern li għandu pjan għal dan il-qasam li diġa’ qed jara l-frott tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend